Left arrow Go Back

Il-MINISTRU LEO BRINCAT IŻUR XOGĦOLIJIET TA’ TINDIF FIL-BAJJA TA’ SAN TUMAS MINN RICHMOND FOUNDATION FL-20 SENA MIT-TWAQQIF TAGĦHA

pr0864
Date Icon 02/05/2013

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat illum waranofsinhar attenda għall-attività li matulha sar tindif tal-bajja  ta’ San Tumas f’Marsaskala, attività li ttellgħet minn Richmond Foundation u dan bħala parti mill-attivitajiet li din l-fondazzjoni qed tagħmel biex jitfakkar l-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha.

Il-Ministru Leo Brincat qal li bi pjaċir laqa’ l-istedina ta’ Richmond Foundation biex jattendi u jagħti sapport lill-inizzjattivi bħal dawn.

Qal li inizzjattiva bħal din minn Richmond Foundation tagħmel sens ħafna għaliex l-ambjent u s-saħħa mentali hemm konnessjoni kbira bejniethom.

Greener Environment for Better Mental Wellbeing hija t-tema li fuqha kienet ibbażata l-idea li jsir tindif ta’ waħda mill-bajjiet li għandna f’Malta.

Il-Ministru Brincat qal li huwa lest jagħti kull appoġġ possibbli lill-inizzjattivi li toħroġ bihom il-fondazzjoni Richmond.  

Waqt iż-żjara l-Ministru Brincat iltaqa’ u tkellem ma’ impjegati u voluntiera ta’ Richmond Foundation, kif ukoll klijenti ta’ din il-fondazzjoni li flimkien daħlu għal din l-inizzjattiva.

Preżenti għal din l-inizzjattiva kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow