Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-GHANA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU

pr0863
Date Icon 02/05/2013

Kmieni wara nofsinhar il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand il-Kummissarju Għoli tal-Ghana l-E.T. Kodjo Hodari-Okae.

Iż-żewġ naħat iddiskutew metodi ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Ghana fosthom fil-qasam turistiku u fit-turiżmu edukattiv.

Il-Kummissarju Għoli tal-Ghana esprima l-interess tiegħu fl-industrija turistika Maltija u nnota l-livell għoli turistiku li għandha Malta.

Semma wkoll il-mod kif isir it-taħriġ tal-istudenti permezz tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi filwaqt li wera x-xewqa li fil-futur ikunu jistgħu jsiru skambji ta’ studenti mill-Ghana biex jitħarġu f’dan il-qasam.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza tas-settur tat-Turiżmu għall-ekonomija Maltija filwaqt li semma’ kif  bir-ristrutturar li sar fil-Ministeru, issa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar jagħmel parti mill-Ministeru għat-Turiżmu.

“Dan jippermetti aktar sinerġija bejn iż-żewġ oqsma” qal il-Ministru għat-Turiżmu.

Il-Ministru għat-Turiżmu tenna li l-Ministeru huwa dispost li jkompli jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow