IL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-GHANA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU
Kmieni wara nofsinhar il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand il-Kummissarju Għoli tal-Ghana l-E.T. Kodjo Hodari-Okae.
Iż-żewġ naħat iddiskutew metodi ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Ghana fosthom fil-qasam turistiku u fit-turiżmu edukattiv.
Il-Kummissarju Għoli tal-Ghana esprima l-interess tiegħu fl-industrija turistika Maltija u nnota l-livell għoli turistiku li għandha Malta.
Semma wkoll il-mod kif isir it-taħriġ tal-istudenti permezz tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi filwaqt li wera x-xewqa li fil-futur ikunu jistgħu jsiru skambji ta’ studenti mill-Ghana biex jitħarġu f’dan il-qasam.
Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza tas-settur tat-Turiżmu għall-ekonomija Maltija filwaqt li semma’ kif bir-ristrutturar li sar fil-Ministeru, issa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar jagħmel parti mill-Ministeru għat-Turiżmu.
“Dan jippermetti aktar sinerġija bejn iż-żewġ oqsma” qal il-Ministru għat-Turiżmu.
Il-Ministru għat-Turiżmu tenna li l-Ministeru huwa dispost li jkompli jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en