Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA` SOĊJALI U L-KUMMISSARJU GĦOLI TAR-RENJU UNIT

pr0862
Date Icon 02/05/2013

F’laqgħa bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u l-Kummissarju Għoli tal-Gran Brittanja l-Eċċellenza tiegħu Rob Luke, l-Ministru spjegat kif il-Gvern qed jaħdem biex ikollu politika soċjali integrata u wriet ix-xewqa li jkun hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq materji u programmi fil-qasam tal-politika soċjali.

Il-Ministru qalet li għal kuntrarju li sar mill-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern se jkollu strateġiji u pjanijiet li jaħsbu fit-tul sabiex jindirizzaw il-problemi li għandna fl-oqsma soċjali.

Fost l-oħrajn l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet it-tħassib serju għaż-żieda fin-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ Ingliża li qed ikunu homeless u qed jirrikorru għand il-YMCA biex ikollhom saqaf fuq rashom.

Il-Ministru u l-Kummissarju Għoli tal-Gran Brittanja tkellmu wkoll fuq il-koperazzjoni li hemm bżonn bejn iż-żewġ pajjiżi ħalli jaħdmu flimkien fuq kwistjoni li teżisti dwar il-pensjonijiet ta’ ċittadini Maltin li kienu impjegati fiċ-ċivil tar-Renju Unit.

Iż-żewġ naħat qablu li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u jaħdmu flimkien billi jaqsmu l-esperjenzi speċjalment fil-qasam soċjali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow