Left arrow Mur Lura

ŻJARA LILL-FONDAZZJONI ARKA

pr0859
Date Icon 02/05/2013

Il-Ministru għal Għawdex għamel żjara lill-Fondazzjoni Arka liema fondazzjoni hija unika fil-gżira Għawdxija li taħdem b’risq il-persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-Fondazzjoni Arka stabilixxiet ruħha bħala organizzazzjoni mhux governattiva fis-sena 1999 u il-fundatur tagħha huwa Mgr.Manuel Curmi. Illum il-fondazzjoni għandha ċentru  minn fejn tagħti servizzi ta’ kwalita eżempju dak ta’ pixxini terapewtiċi u multi sensory rooms. Dar L-Arka illum timpjega dsatax il-ħaddiem fuq bażi ta’ full time kif ukoll għoxrin persuna part-time.

Il-Fundatur tal-fondazzjoni il-Mgr. Emanuel Curmi stqarr li huwa ta’ unur għalih u għal sħabu li qed jilqgħu għal ewwel darba bħala Ministru għal Għawdex lil Dr. Anton Refalo. Huwa kompla jgħid li wara snin ta’ ħidma permezz tal-volontarjat kif ukoll tal-ġenerozita kbira tal-Maltin u l-Għawdxin kollha illum l-fondazzjoni Arka  mhux talli stabillixiet ruha f’pajjiżna imma rnexxielha tpoġġi lill-gżira Għawdxija fuq il-mappa ta’ turiżmu relatat mas-saħħa persuni b’diżabilita. Tant hu minnu li illum jiġu bosta għaqdiet Internazzjonali sabiex jużaw dan il-post sabiex jtellgħu konferenzi u attivitajiet oħra.

Minn naħa tiegħu il-Ministru għal Ghawdex  l-Onor. Anton Refalo qal li Mgr. Manuel Curmi kellu viżjoni, ħadem għalija bis-serjeta u illum irnexxielu jibni monument ħaj ta’ solidarjeta mal-persuni inqas ixxurtjati minna. Tenna li tul din il-leġizlatura ser ikun qed jaħdem ma’ din il- fondazzjoni sabiex jgħin f’dak kollu possibli. Il-Ministru Refalo kien akkumpanjat mill-mara tieghu Lina Refalo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow