Left arrow Mur Lura

ONE STOP SHOP GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SER JIĠI INAWGURAT FIL-ĠIMGĦAT LI ĠEJJIN

pr0856
Date Icon 02/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħabbar li ser ikun qed jinawgura One Stop Shop għaż-żgħażagħ fil-Belt Valletta.  Diversi entitajiet tal-gvern, fosthom l-ETC, l-Awtorità tad-Djar u entitajiet oħrajn, ser ikunu qed joffru s-servizzi tagħhom liż-żgħażagħ taħt saqaf wieħed b’servizzi mmirati għaż-żgħażagħ. Dan il-One Stop Shop ser ikun immexxi minn Youth Information Officer u għal dan il-proġett ser tkun responsabbli l-Aġenzija Żgħazagħ.

Dr Buontempo kien qed jitkellem waqt it-tnedija tal-Youth Specialisation Studies Scheme flimkien mal-APS Bank. Din l-iskema nfetħet fit-30 ta’ April u se tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Ġunju. Din l-iskema toffri self issusidjat bir-rata ta’ 1.1% lil dawk l-istudenti bejn it-18-il sena u t-30 sena li jkunu jixtiequ jsegwu kors li fl-Università ta’ Malta ma jkunx offrut. Is-self taħt din l-iskema jitħallas fi żmien għaxar snin.

Waqt din il-konferenza stampa s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport ħabbar ukoll li ġimagħtejn oħra ser tiġi ppubblikata riċerka dwar iż-żgħażagħ u l-ħin liberu, li se tkun importanti fit-tfassil tal-politika l-ġdida dwar iż-żgħażagħ. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow