Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOREVOLI LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA WAQT KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR L-EARTH GARDEN FESTIVAL 2013

pr0851
Date Icon 30/04/2013

Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li bil-kontribut modest tagħna bħala sponsors għamilniha possibli biex kuntrarju għas-sena li għaddiet din l-inizjattiva, li dejjem ittellgħet bi professjonalita’ kbira, terġa’ jssib postha kif jixiriqilha fil-kalendarju ta’ attivitajiet f’pajjiżna għal nies ta’ kull eta’.

Bħala tema, meta għażilna l-kliem Every Breath We Take ma konniex qed nirrikorru għal xi buzz word jew isem ta’ xi track ta’ suċċess , iżda għal tema li għadha kif għażlet ftit tal-jiem ilu l-European Environment Agency, meta ħarġet bi studju interessanti ħafna dwar kif tista’ tittejjeb il-kwalita’ tal-arja fl-Ewropa, inkluż f’pajjiżna.

Ninsabu sodisfatti ħafna li propju meta kont l-Irlanda ftit jiem ilu, għall-konferenza ministerjali tal-Ambjent Ewropej, intwera’ ċar mill-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent li l-Unjoni Ewropeja ser tpoġġi l-kwalita’ tal-arja ‘il fuq sew fuq l-aġenda tagħha, speċjalment billi tieħu inizjattivi pro-attivi f’dan il-qasam lejn il-Ħarifa ta’ din is-sena. Pajjiżna, speċjalment illum li l-kwalita’ tal-arja hija meqjusa aktar minn qatt qabel bħala prijorita’ għalina lkoll, sejjer jagħti appoġġ sħiħ lil din il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropeja.

Nqisu li l-għażla ta’ din it-tema ma hijiex xi ħaġa propagandistika. Iżda għal kuntrarju għandha jsservi bħala għodda ħalli tqajjem kuxjenza akbar fost iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha ta’ kull eta’, dwar l-importanza ta’ xi ħaġa li tolqot mill-viċin is-saħħa ambjentali u l-kwalita’ ta’ ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Ninsab konvint li Earth Garden 2013 sejjer jikseb l-appoġġ  u s-sehem pubbliku mixtieq u li jixraqlu. Speċjalment wara l-isforzi ta’ tħejjija intensivi li għamlu l-organizzaturi, kif ukoll meta wieħed iqis il-firxka kbira ta’ talent Malti li rnexxilhom jimmobilizzaw u jġibu flimkien fi tlett ijiem tal-festival innifsu. Qed inħares bil-quddiem li jien stess nżur din l-attivita’ bħala turija ta’ appoġġ għall- inizjattiva nnfisha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow