AVVIŻ MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
Is-Servizz ta’ Emergenza li kien jingħata fi tmiem il-Ġimgħa fl-Isptar St. James Capua Sliema u Żabbar
Il-Ministeru għas-Saħħa jinforma lill-pubbliku li minn nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013, is-servizz ta’ emerġenza li kien jingħata fit-tmiem il-ġimgħa fl-Isptar St. James Capua Sliema u Żabbar mhux se jitkompla.
Dan is-servizz kien imniedi minn Mejju tas-sena 2012 b’intenzjoni li jtaffi x-xogħol fid-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. L-analiżi tal-istatistika turi li dan l-impatt ma seħħx u għall-ammont li kien qed jintefaq mill-Ministeru għas-Saħħa, ma kienx vijabbli.
Infakkru li ċ-ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Paola, u Floriana huma miftuħa l-ħin kollu fi tmiem il-ġimgħa għal każijiet ta’ emerġenza, bil-ħinijiet taċ-Ċentri tas-Saħħa kollha kif murija fit-tabella hawn taħt:
Ċentru tas-Saħħa | Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | Is-Sibt | Il-Ħadd |
Floriana Paola Mosta | Miftuħa 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa | ||
Qormi Rabat Cospicua | 8.00am - 8.00pm | 8.00am - 1.00pm | Magħluqin |
Birkirkara | 8.00am – 1.00pm | Magħluqin | Magħluqin |
Gżira | 8.00am - 8.00pm | 8.00am - 5.00pm | 8.00am - 5.00pm |
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en