Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr0846
Date Icon 30/04/2013

L-Oppożizzjoni tirrifjuta li tieħu sehem f’Team ta’ Azzjoni bi-partisan għat-Tkabbir Ekonomiku

L-Oppożizzjoni rrifjutat li tieħu sehem f’Team ta’ Azzjoni bi-partisan għat-Tkabbir Ekonomiku tal-pajjiż.

Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni qed b’hekk jagħlaq il-bieb għall-opportunità tad-deheb li tinfetaħ paġna ġdida ta’ azzjoni lil hemm mill-partiġġjaniżmu f’pajjiżna, biex b’hekk nikkontribwixxu flimkien biex pajjiżna jimxi ’l quddiem fi triq ta’ tkabbir ekonomiku.  Il-Gvern jiddispjaċih li l-Oppożizzjoni tidher li se tkompli miexja b’attitudni negattiva anki meta qed tingħata l-id tal-ħbiberija.

L-attitudni pożittiva ta’ dan il-Gvern li tinkludi lil kull min jista’ jikkontribwixxi għat-Tkabbir Ekonomiku tal-pajjiż hija l-istil ġdid, fuq il-linja ta’ demokraziji moderna, li biha trid timxi din l-amministrazzjoni.

Dan il-Gvern Ġdid qed jimxi b’mod li jinvolvi lill-oqsma kollha biex pajjiżna jimxi ’l quddiem f’oqsma kruċjali bħall-ekonomija, fejn ikollna inqas partiġġjaniżmu u iktar koperazzjoni għall-interess nazzjonali.

L-irwol kostituzzjonali tal-Oppożizzjoni jibqa’ ħaj u importanti fid-demokrazija tagħna. Madankollu, il-Partit Nazzjonalista mhux qed jagħraf is-sinjali taż-żminijiet li dan l-irwol qed jevolvi u li n-nies, anki permezz tal-messaġġ li bagħtu fid-9 ta’ Marzu, qed jistennew politika pożittiva.

B’hekk dan il-Gvern lest jaħdem ma’ kull min irid il-ġid tal-pajjiż u l-bibien tal-Prim Ministru u l-Gvern se jibqgħu miftuħin għall-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow