Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITA` U TKABBIR EKONOMIKU JAĦTAR IL-BORD TAD-DIRETTURI TAL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-KOMMUNIKAZZJONI (MCA)

pr0844
Date Icon 30/04/2013

L-Onor. Edward Żammit Lewis, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita` u tkabbir Ekonomiku ħatar il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni (MCA). Il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul minn Dr. Edward Woods bħala Chairman u s-Sur Godfrey Vella, s-Sur Pehlim Cavlan u s-Sa. Sarah Mifsud bħala membri.

Dr. Edward Woods huwa  avukat speċjalizzat fil-liġi Ċivili u Kummerċjali. Dr. Woods kien Konsulent Legali ta` Lohombus Bank Ltd u kien Chairman fl-Awtorita` Marittima ta` Malta. Huwa kien eżaminatur maċ-Chartered Institute of Arbitration u għallem il-Liġi tal-Assikurazzjoni fl-Istitut Internazzjonali għal-liġi Marittima (IMO) fi ħdan l-Universita` ta` Malta.

L-Onor Edward Żammit Lewis feraħ liċ-Chairman u l-Membri tal-Bord għall-ħatra ġdida tagħhom u wera r-rieda li jitkompla x-xogħol mal-Bord tad-Diretturi sabiex id-direzzjoni strateġika tal-Awtorita` tkun konformi mal-għan li tinkiseb Ekonomija Diġitali effettiva għall-Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow