IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITA` U TKABBIR EKONOMIKU JAĦTAR IL-BORD TAD-DIRETTURI TAL-AWTORITÀ MALTIJA GĦALL-KOMMUNIKAZZJONI (MCA)
L-Onor. Edward Żammit Lewis, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita` u tkabbir Ekonomiku ħatar il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni (MCA). Il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul minn Dr. Edward Woods bħala Chairman u s-Sur Godfrey Vella, s-Sur Pehlim Cavlan u s-Sa. Sarah Mifsud bħala membri.
Dr. Edward Woods huwa avukat speċjalizzat fil-liġi Ċivili u Kummerċjali. Dr. Woods kien Konsulent Legali ta` Lohombus Bank Ltd u kien Chairman fl-Awtorita` Marittima ta` Malta. Huwa kien eżaminatur maċ-Chartered Institute of Arbitration u għallem il-Liġi tal-Assikurazzjoni fl-Istitut Internazzjonali għal-liġi Marittima (IMO) fi ħdan l-Universita` ta` Malta.
L-Onor Edward Żammit Lewis feraħ liċ-Chairman u l-Membri tal-Bord għall-ħatra ġdida tagħhom u wera r-rieda li jitkompla x-xogħol mal-Bord tad-Diretturi sabiex id-direzzjoni strateġika tal-Awtorita` tkun konformi mal-għan li tinkiseb Ekonomija Diġitali effettiva għall-Malta.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en