Left arrow Mur Lura

FONDI AKTAR AĊĊESSIBBLI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABBILTÀ

pr0843
Date Icon 30/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017, l-Onor. Ian Borg, laqa’ stedina li għamlitlu l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b’diżabbiltà.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew kif il-fondi tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd bil-għan li dawn iservu wkoll ta’ benefiċċju għall-persuni b’diżabbiltà.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-Gvern huwa kommess biex fil-programm operattiv il-ġdid, l-għaqdiet ta’ persuni b’diżabbiltà  mhux biss ikunu attivi fil-proċess ta’ konsultazzjoni iżda għandhom jingħataw aktar għajnuna meta jiġu biex jissottomettu l-proġetti tagħhom.

L-Onor. Borg qal li permezz tal-European Regional Fund l-għaqdiet li jirrappreżentaw persuni b’diżabbiltà  bbenefikaw minn  miljun Ewro fondi fl-aħħar programm operattiv, filwaqt li taħt il-European Social Fund ibbenefikaw minn madwar 14-il miljun Ewro li ssarrfu fi studji u proġetti li komplew itejbu  l-kwalità ta’ ħajja li jgħixu persuni b’diżabbiltà.  Matul il-perjodu 2007-2013 persuni b’diżabbiltà bbenifikaw ukoll minn 53 proġett taħt l-skemi Youth in Action u Lifelong Learning Programme.

Għalkemm l-għaqdiet li jirrappreżentaw il-persuni b’diżabbiltà bbenefikaw minn dan l-ammont ta’ fondi, f’din il-laqgħa Dr. Borg wera d-diżappunt tiegħu li kien fadal 7 miljun Ewro mhux allokati meta wasalna propju fl-aħħar sena tal-programm finanzjarju. Għaldaqstant, huwa wassal il-messaġġ li Gvern ġdid fl-aħħar xahar irreaġixxa fil-ħin u infurmat li l-Ministru għall-familja u solidarjetà soċjali, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli  mid-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà ser ikunu qed iressqu l-proposti tagħhom sabiex dawn il-fondi jintużaw għall-ġid tal-persuni b’diżabbiltà.

Dr. Borg waqt din il-laqgħa ddiskuta wkoll mar-rappreżentanti tal-KNPD problemi li ffaċjaw l-għaqdiet waqt l-applikazzjonijiet tagħhom biex fil-futur kemm jista’ jkun dawn il-problemi jkunu evitati.

L-Onor. Borg wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ħidma fejjieda li twettaq l-istess kummissjoni biex tara lil Malta ssir soċjetà aktar inklussiva biex b’hekk jiżdiedu aktar l-opportunitajiet għall-persuni b’diżabbiltà.

Il-KNPD f’din laqgħa uriet ix-xewqa wkoll li lesta tagħti l-kontribut meħtieġ biex il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 tkun waħda aċċessibli għal kullħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow