Left arrow Go Back

ŻJARA LILL-ESEBIZZJONI TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISCALE MODEL ENGINEERS

pr0837
Date Icon 29/04/2013

Il-Gvern qed jistudja xi strutturi pajjiżna għandu bżonn biex jiġi assistit is-settur privat biex Malta timxi ‘l quddiem fil-qasam tal-innoazzjoni u r-riċerka. Il-Gvern ser ikun qed janalizza dawk il-proċeduri burokratiċi li qegħdin ixekklu t-talent Malti milli jimxi aktar ‘l quddiem.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, meta llum żar l-esebizzjoni li qed torganizza l-Assoċjazzjoni tal-iScale Model Engineers li qed issir il-Furjana.

Dr Buontempo kompla jgħid li l-kreattività se tkun dik li lil pajjiżna tista’ tqegħdu fuq quddiem nett ma’ pajjiżi li huma avvanzati anke aktar minna fl-Ewropa. Huwa biss bil-kreattività li pajjiżna jista’ jassigura l-futur sostenibbli tiegħu.

Ir-rapport Innovation Union Scoreboard li kienet ħejjiet l-UE fuq l-innovazzjoni juri kemm Malta għadha lura fejn tidħol l-innovazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li Malta hija kklassifikata mal-aħħar pajjiżi bħala moderate innovators. Għalhekk il-Gvern qed jaħdem biex nindirizzaw dawk l-aspetti li mhux qed iħallu din il-kreattività fina l-Maltin li toħroġ u tkun imqegħda fuq is-swieq. Din l-esebizzjoni hija hobby sabiħ imma bħala pajjiż irridu naħdmu biex dawn l-ideat li jkollna inpoġġuhom għal ġid tal-pajjiż.

Din l-esebizzjoni turi kemm hawn Maltin li huma dedikati f’xogħolhom u kemm huma kapaċi jikkreaw affarijiet li trid ħsieb u paċenzja kbira warajhom. Dan ukoll juri kemm il-Malti huwa kapaċi fix-xogħol, u għalhekk esebizzjoni bħal din tkompli turi kemm aħna l-Maltin aħna poplu li nafu naħdmu, aħna poplu li nħobbu naħdmu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow