Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. GODFREY FARRUGIA, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM EWOPREW TAL-MELANOMA – FLORIANA – IT-TNEJN 29 TA’ APRIL 2013

pr0835
Date Icon 29/04/2013

Kull sena bħal llum, il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, id-Dipartiment tad-Dermatoloġija u l-Assoċjazzjoni tad-Dermatoloġija, jingħaqdu flimkien biex iwassalu messaġġ importanti fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Melanoma.

Madwar wieħed minn kull għaxar pazjenti li jżuru t-tabib tagħhom, jagħmlu hekk minħabba l-marda tal-ġilda.

Ħafna minn dan il-mard jitfejjaq, ftit ieħor itawwal u jispiċċa f’mard kroniku, filwaqt li rari ħafna, xi kundizzjonijiet oħra jispiċċaw f’imwiet.

Waħda minn dawn il-mardiet hija l-kanċer tal-melanoma, liema inċidenza tagħha żdied mhux ftit u dan minħabba l-qawwa tar-raġġi tax-xemx.

Huwa propju għalhekk li llum qed infakkru dan il-jum, biex inkomplu nżidu l-kuxjenza pubblika għall-mod kif  b’miżuri sempliċi ... bħal dlik b’sunscreens, ilbies addattat jew li noħorgu ’l hinn mis-sigħat tal-qilla ta-xemx  (bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar). B’hekk inkunu qed innaqqsu r-riskju.

Iżda dan mhux biżżejjed għaliex hemm ħtieġa li nedukaw ruħna biex fl-istess ħin ma nallarmawx lilna nfusna għalxejn.

Għandna nkunu edukati biex nagħrfu t-tbajja’ tal-melanoma minn tbajja’ oħra tal-ġilda. Tbajja’ tal-melanoma jistgħu jintgħarfu mill-bordura irregolari ... ġeneralment it-tebgħa tkun ta’ aktar minn sitt millimetri ... mill-kulur tat-tebgħa u wkoll min-nuqqas ta’ simetrija tat-tebgħa.

Għalhekk il-messaġġ tiegħi llum huwa wieħed sempliċi ... ejja nkunu konxji aktar ta’ dawn il-mezzi priventivi u nkunu aħna stess li nitgħallmu nħarsu saħħitna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow