L-AMBAXXATUR TAL-KUWAIT JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU
Dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatur tal-Kuwait l-E.T. Faisal Sulaiman Ali Al-Musaileem.
L-Ambaxxatur tal-Kuwait iddeskriva r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kuwait bħala eċċellenti. Fost l-oħrajn semma kif iż-żewġ naħat issa għandhom l-ambaxxati rispettivi tagħhom.
Iż-żewġ naħat tkellmu dwar is-settur tal-avjazzjoni, bl-Ambaxxatur tal-Kuwait jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu għall-fatt li fl-aħħar ġimgħat kien iffirmat l-Air Services Agreement bejn Malta u l-Kuwait.
Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem dwar is-settur turistiku f’Malta u qal li l-gvern se jkun għaddej b’ħidma biex is-settur isir aktar profittabli. Fost l-oħrajn b’roħs fil-kontijiet tal-enerġija u billi jinġiebu aktar turisti fix-xhur tax-xitwa.
Saħaq ukoll fuq l-importanza ta’ diversifikazzjoni fis-settur fosthom billi jkunu esplorati swieq ġodda li jkomplu jġibu aktar turiżmu lejn Malta.
Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll fuq l-importanza li jkomplu jsaħħu l-oqsma tal-kultura u l-koperazzjoni ekonomika bejniethom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en