Left arrow Mur Lura

INTERESS QAWWI SPANJOL GĦALL- KOPERAZZJONI MA` MALTA FIT-TISĦIĦ TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART : IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TA` KORTESIJA MAL-AMBAXXATUR SPANJOL GĦAL MALTA FELIPE DE LA MORENA

pr0829
Date Icon 29/04/2013

Waqt laqgħa ta’ kortesija li l-Ambaxxatur Spanjol għal Malta Dr. Felipe De La Morena għamel lill-Ministru Leo Brincat huma iddiskutew kif iż-żewg pajjiżi qegħdin jindirizzaw il-problemi tal-kwalita` tal-arja.

Dan billi Malta għandha problemi ta’ densita` qawwija ta’ popolazzjoni u traffiku u sal-lum tniġġiż qawwi mill-powerstations, filwaqt li Spanja għandha tlett kwarti tal-popolazzjoni tagħha tgħix f’zoni urbani fejn ħafna minn nies tagħha spiss ikunu esposti għall-konċentrazzjoni qawwija ta’ tniġġiz.

Il-Ministru Brincat ġie mgħarraf li l-problema tat-trab fin hija problema akuta fi Spanja wkoll. Dan kollu jispjega għaliex kemm fi Spanja u anke f’pajjiżna dejjem qed  jikber l-interess pubbliku sabiex jinkiseb aktar tgħarif dwar il-kwalita ` tal-arja.

L-Ambaxxatur Spanjol wera wkoll interess li jkun hemm koperazzjoni bejn Spanja u Malta fit-tisħiħ tas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna.

Tul il-laqgħa ż-żewġ naħat qablu li għandha titkompla l-ħidma  bejn iż-żewg Gvernijiet fil-qasam ambjentali, kemm tul il-laqgħat li jsiru fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell bilaterali bejn iż-żewġ pajjizi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow