Left arrow Go Back

L-ENERGY GLOBE AWARD LI GĦADHA KIF REBĦET NATURE TRUST HUWA EZEMPJU TA' KIF L-IŻVILUPP SOSTENNIBLI JISTA' JITĦADDEM FIL-PRATTIKA

pr0828
Date Icon 29/04/2013

Il-Ħadd wara nofsinhar il-Ministru Leo Brincat żar l-Open Day tan-Nature Trust fi Xrobb l-Għagin.

Huwa kellu l-okkażżjoni jieħu sehem f'ċerimonja simbolika ta' tħawwil ta' siġar, kif ukoll li jiltaqa' ma' diriġenti tal-Għaqda, membri tal-pubbliku u ma' voluntiera tal-HSBC Staff li kienu qed jgħinu bħala parti mill-kontribut tagħhom għall-maintenance tal-Park.

Il-Ministru Brincat faħħar il-fatt li x-xahar id-dieħel l-għaqda Nature Trust ser jigu ppreżentati mill-Awstrija bħala rebbieħa tal-Energy Globe Award għall-ħidma sostennibli. Huwa qal li premju prestigġjuz bħal dan mhux biss huwa ta' unur kbir ghan-Nature Trust izda ukoll ta' eżempju dwar kif l-iżvilupp sostennibli jista' jitħaddem fil-prattika f'pajjiżna stess.

Brincat qal li filwaqt li din l-Open Day serviet l-iskop tagħha biex tqajjem kuxjenza aktar qawwija dwar il-wirt naturali tagħna, ħa gost jinnota li l-pjani tan-Nature Trust juru impenn u determinazzjoni qawwija għall-ġejjieni. Qal li dawk tan-Nature Trust ideat konkreti dwar kif wieħed jista' jlaqqa flimkien programmi edukattivi dwar ambjent u żvilupp sostennibli flimkien mal-ħila li jilħqu livelli għoljin ta' site management.

Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa dejjem appoġġja lill-Għaqda Nature Trust anke qabel ma sar jagħmel parti mill-Gvern,u jssa jinsab determinat li jkompli jagħmel l-istess bħala membru tal-Gvern il-ġdid, aktar u aktar issa bħala Ministru direttament responsabbli għall-Iżvilupp Sostennibli u l-Ambjent. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow