Left arrow Go Back

IL-GVERN IRID ITEJJEB L-ISKEMI LI BIHOM JIĠI ATTIRAT TURIŻMU SPORTIV

pr0827
Date Icon 29/04/2013

Il-Gvern jinsab kommess li jgħin lill-għaqdiet involuti fl-isport minuri għax dawn ukoll qed jikkontribwixxu lejn it-tkabbir ekonomiku speċjalment meta jorganizzaw kompetizzjonijiet internazzjonali bħal dawn.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, meta żar il-kompetizzjoni internazzjonali tal-Weightlifting li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Waqt li kien qed jinawgura l-ftuħ ta’ din il-kompetizzjoni, is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern irid itejjeb l-iskemi li diġà jeżistu biex jiġu attirati kompetizzjonijiet lejn Malta biex b’hekk pajjiżna jsaħħaħ it-turiżmu sportiv speċjalment fix-xhur tax-xitwa. Il-klima xitwija ta’ Malta tippermettilna biex f’pajjiżna nkomplu nattiraw aktar timijiet barranin kemm għall-kompetizzjonijiet kif ukoll għat-taħriġ.

F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem parteċipanti minn madwar 10 pajjiż differenti, fosthom l-Ingilterra, l-Isvizzera u Ċipru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow