Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI

pr0818
Date Icon 26/04/2013

Jeħtieg li l-mara tkun infurmata dwar l-għażliet li għandha quddiemha meta tiġi biex tagħti l-ħajja

Meta kienet qed tindirizza konferenza bit-titlu ‘Transforming the Culture of Maternity Services towards Physiology of Birth’ organiżżata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Qwiebel b’kollaborazzjoni mal-Konfederazzjoni Internazzjonali tal-Qwiebel, dwar l-importanza tat-twelid tat-trabi b’mod naturali, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-mara għandha tkun infurmata dwar l-għażliet li għandha quddiemha meta tiġi biex tagħti l-ħajja.

Irreferiet għal statistika uffiċjali li turi li fl-2011, aktar minn 35% tat-twelid tat-trabi f’pajjizna saru b’intervent mediku, jiġifieri b’ċesarja.

Dan meta l-linji gwida tal-Organizazzjoni Dinjia tas-Saħħa u tan-National Institute of Clinical Excellence jispeċifikaw li r-rata għandha tkun bejn l-10% u l-15%.

Hawnhekk tkellmet dwar il-ħtieġa li l-qwiebel f’pajjiżna jibqgħu rilevanti.

Għalhekk qalet li jeħtieġ li nsaħħu l-professjoni tal-qwiebel billi niċċelebraw is-suċċessi tagħhom u nħeġġu oħrajn jidħlu f’din il-professjoni.

Barra minn hekk, qalet il-Ministru, studji kontinwament urew li dawk in-nisa li welldu b’mod naturali kellhom rabta emozzjonali akbar mat-trabi tagħhom.

Liema rabta twassal għal rabta saħanistra akbar bejn il-familji tagħna, qalet l-Onorevoli Preca, il-familja li hija l-bażi tas-soċjeta’ Maltija.

Temmet tgħid li dan il-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ il-familji Maltin billi jagħmel lil Malta waħda fost l-ikbar pajjiżi family-friendly fl-Ewropa.

Dan jista’ jsir permezz ta’ leġislazzjoni li mhux biss tħares l-interessi tal-familji u t-tfal, iżda wkoll permezz ta’ inċentivi u infrastruttura neċessarja biex pajjiżna jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow