STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI U L-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Il-Gvern jieħu azzjoni u jirranġa l-problema tal-maġġor parti tal-vouchers li ħarġu bl-iżbalji
Il-Gvern ħa azzjoni b’rabta man-nuqqas serju li seħħ aktar kmieni dan ix-xahar fejn kien irriżulta li ARMS Ltd għaddiet informazzjoni ħażina lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u riżultat ta' dan, ħarġu 3,119-il benefiċċju tal-enerġija (minn total ta' 3,897) b'ammonti ferm inqas milli suppost.
Għalhekk, b’referenza għall-istqarrija PR0645, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Energija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jixtieq javża li wara ħidma konġunta bejn iż-żewġ Ministeri u wara l-verifiki li saru, kemm minn naħa tal-ARMS Ltd kif ukoll mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, 2,910 benefiċċji tal-enerġija mit-3,119-il benefiċċju, datati 6 t’April, ġew aġġornati.
Dan ifisser li dawk il-benefiċċjarji li rċevew ammonti inqas, issa għandhom jirċievu l-ammont dovut lilhom kif il-Gvern kien ta assigurazzjoni dakinhar li seħħ.
Għad hemm numru ta’ benefiċċji tal-enerġija li għad iridu jiġu verifikati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en