Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr0805
Date Icon 26/04/2013

Il-Gvern Diżappuntat bl-Atteġġjament u Kritika Inġusta tal-Birdlife

Il-Gvern huwa diżappuntat bl-atteġġjament u kritika inġusta tal-Birdlife, wara li l-Gvern uża s-servizzi tal-Armata sabiex ikompli jinforza r-regoli tal-kaċċa.

Din id-deċizjoni turi li filwaqt li jippermetti l-kaċċa skond ir-regolamenti, il-Gvern mhux lest jittollera illegalitajiet.

L-użu ta’ numru ta’ suldati biex jgħassu l-konfini ta’ riżervi naturali ppermetta li Pulizija jkomplu b’ħidma ta’ sorveljanza f’żoni oħra tal-pajjiż b’mod li effettivament itejjeb l-infurzar.

L-argument li użat il-Birdlife, li ż-żieda fin-numru ta’ persuni għassa tfisser li żdiedu l-illegalitajiet tmur totalment kontra l-argument li dejjem iġġib l-istess għaqda dwar il-bżonn li jkun hemm aktar persuni dedikati għall-infurzar. Wieħed jistaqsi x’ kienet tkun ir-reazzjoni tal-għaqda kieku l-Gvern naqqas l-ammont ta’ persuni jinfurzaw ir-regolamenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow