TASAL F’MALTA L-EWWEL TITJIRA TAL-LINJA TAL-AJRU LOW COST TRANSAVIA.COM
Il-Ħamis filgħaxija waslet f’Malta l-ewwel titjira tal-linja tal-ajru low cost Transavia.com minn Pariġi. Kif inhi t-tradizzjoni, malli l-ajruplan għamel l-inżul tiegħu għall-ewwel darba fuq ir-runway f’Malta, huwa ntlaqa’ minn żewġ inġenji tat-tifi tan-nar tal-ajruport fejn akkumpanjawh bi tfigħ tal-ilma.
Jilqgħu lill-passiġġieri fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella, l-Ambaxxatur Franċiż għal Malta l-E.T. Michel Vandepoorter, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-MIA Markus Klaushoffer.
Il-passiġġieri ngħataw qronfla tal-okkazjoni filwaqt li fi sfond ta’ daqq tradizzjonali Malti minn persuni lebsin il-kostum tradizzjonali, kien servut ukoll kejk bl-immaġini ta’ parti mill-fdalijijet storiċi ta’ Malta u tat-torri Effel ta’ Franza.
Abbord it-titjira kien hemm ukoll numru ta’ ġurnalisti Franċiżi li nġibu Malta mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-linja tal-ajru Transavia.com mistennija tibda topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Pariġi kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis.
Sadanittant, matur ix-xahar id-dieħel, erba’ linji ġodda tal-ajru mistennija jibdew joperaw titjiriet lejn Malta fosthom l-Air Baltic minn Riga, il-Wizz Air minn Budapest u t-Turkish Airlines minn Istanbul.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en