IL-MINISTRU EVARIST BARTOLO JILTAQA’ MAL-BORD IL-ĠDID TAL-KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ (ETC)
Il-bieraħ wara nofsinhar il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo ltaqa’ mal-bord il-ġdid tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC). Il-bord tal-Korporazzjoni huwa magħmul minn:
Chairperson :
Mr. Alfred Grixti B. Educ (Hons)., PG DEAM., DSS (Oxf)., M.Sc (Mgt. IR) (Oxf).,
Viċi Chairperson :
Ms. Pauline Miceli Dip. in School Admin. & Management, BA (Youth & Community stds).
Membri:
Ms. Gabi Calleja MA Yth & Comm. Studies.
Mr. James H Pearsall MSc Trg & Perf.Mgt (Leic).CMIPD; I. Eng (CEI) MIE.
Mr. Philip E. Rizzo FCCA, FIA, CPA
Mr. Anglu Fenech
Dr. Marie-Elise Agius B.A, LL.D
Ms. Alexandra Gatt
Mr. David Bonello MSc in Ed.Ld. (CELM), UK,B.Ed (Hons) in Mech Eng, LML trainer/consultant, HTD (Mech) Plant Maint; Cert. Ed. Inst. (Mech Eng)
Ms. Claudine Cassar BSc, MSc, Mphil
Mr Paul Debono B.Ed (Hons.) P.G.D.E.A.M
Segretarju tal-bord:
Mr. Andrew Triganza Scott MBA (Maast), M.Ed (Melit), BPsy (Hons), PGCE
F’din l-ewwel laqgħa l-Ministru enfasizza l-ħtieġa li l-ETC tagħmel l-aħjar użu ta’ fondi Ewropej b’risq il-qasam tax-xogħol u t-taħriġ. Stqarr ukoll li l-ETC għandha rwol strateġiku fl-implimentazzjoni tal-garanzija taż-żgħażagħ kif ukoll fil-proposti tal-Manifest Elettorali, u l-ħtieġa li jwasslu għal inqas żgħażagħ li jispiċċaw f’xogħol prekarju, li hija sitwazzjoni mhux aċċettabli għall-Gvern.
Il-Ministru fl-aħħar tal-laqgħa rringrazzja lill-Membri uxxenti tal-bord preċedenti għall-kontribut li taw tul l-aħħar snin.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en