STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
Jinħatar il-Bord tad-Diretturi ta’ Transport Malta
Il-Bord il-ġdid tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija għat-Trasport, Transport Malta (TM) inħatar b’seħħ mis-26 ta’ Marzu, 2013. Il-Bord se jkun immexxi mis-Sur James Piscopo bħala Ċerpersin u l-Perit Christopher Cachia bħala Deputat Ċerpersin.
F’dan il-Bord il-ġdid, hemm persuni ta’ esperjenza kbira fl-oqsma tal-inġinerija, oqsma marittimi, legali u fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika, biex bis-saħħa ta’ dawn l-esperti, il-proċeduri f’din l-Awtorità jitmexxew bl-akbar serjetà u effiċjenza.
Il-bord sħiħ ta’ Transport Malta huwa magħmul minn:
Ċerpersin - James Piscopo
Deputat Ċerpersin - Christopher Cachia
Membri: Kaptan Charles Pace, Dr Vanessa Vella, Ms Alison Zerafa Civelli, Dr Mark Sammut,
Ms Annette Farrugia, Mr Alan Brown, Mrs Carmen Pullicino Orlando, Sur Paul Muscat u
Dr Deborah Mercieca.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en