IL- PRIM MINISTRU IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ SANNAT
Il-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern qed jaħdem biex titlaqqa’ konvenzjoni għall-għalliema kollha għax dan il-Gvern jemmen li l-għalliema nfushom, iktar mill-politiċi, għandhom ikunu huma li jagħtu direzzjoni lill-edukazzjoni f’pajjiżna.
Il-Mexxej Laburista qal dan waqt żjara li għamel fl-iskola Ta’ Sannat, f’Għawdex illum.
Joseph Muscat qal li min-naħa tiegħu stqarr li l-gvern se jibqa’ kommess li jibni skejjel ġodda imma mingħajr ma jħalli skejjel oħra ġa mibnija jaqgħu lura. Faħħar l-għalliema ta’ din l-iskola għax-xogħol u d-dedikazzjoni kbira li għandhom tant li ħafna minnhom jafu l-istudenti kollha li jattendu f’ din l-iskola.
Matul iż-żjara l- Prim Ministru kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-istudenti Għawdxin li jattendu f’ din l-iskola kif ukoll ma’ għalliema u ħaddiema oħra.
Il-kap tal-iskola Daniel Cassar spjega kif l-iskola primarja ta’ Sannat hija waħda unika f’Għawdex għaliex barra li toffri l-edukazzjoni kurrikulari mill-klassijiet tal-‘Kinder’ sal-‘Year 6’ toffri ukoll servizzi speċjali għall-istudenti kollha bi bżonnijiet speċjali Għawdxin. Hija l-unika skola li tagħmel parti mill-Kulleġġ t’Għawdex li għandha ‘Unit’ speċjalizzat sabiex toffri dawn is-servizzi għal tfal bi bżonnijiet speċjali li fost l-oħrajn jinkludu sezzjonijiet ta’ ICT, multi-sensory Room, Prattika fil-biedja u tisjir, karma ta’ rilassament, sports u arti. Spjega kif f’dan l-ambjent tista’ titqies bħala skola unika għax twettaq l-inkużjoni soċjali fil- prattika.
Fit-tmiem iż-żjara is-Sur Daniel Cassar ippreżenta bizzilla Għawdxija lill-Prim Ministru li minn naħa tiegħu għamel donazzjoni ta’ kotba għall-librerija ta’ l-istess skola.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en