Left arrow Mur Lura

JOANNE CASSAR TAGĦMEL ŻJARA SORPRIŻA LILL-MINISTRU HELENA DALLI

pr0794
Date Icon 25/04/2013

Joanne Cassar riedet turi l-apprezzament tagħha għal kif il-gvern il-ġdid mill-ewwel ħa azzjoni konkreta biex hija u nies oħra transgender ikollhom id-drittijiet tagħhom bħal kull persuna oħra.  Hija faħħret il-mod għall-fatt li anke ntlaħaq ftehim barra l-qorti fil-kawża li kienet fetħet mal-Qorti Ewropeja għad-drittijiet tal-bniedem. 

Cassar temmen li ma kellhiex tgħaddi mid-tbatija u l-inkwiet kollhu li għaddiet minnhom  għal ħafna snin biex ħadet dak li qatt ma kellu jkun miċħud lilha.

Joanne Cassar irringrazzjat lill-Ministru għal-Libertajiet Ċivili u Djalogu Soċjali, Dr Helena Dalli, għall-interess personali li ħadet fil-każ u għall-mod kif indirizzat il-problema minnufih, mhux biss għaliha imma għal kull min qiegħed jgħix ir-realtà tagħha.

Dr. Dalli qalet li tapprezza l-ġest ta’ Joanne, però enfasizzat li ma kinitx qed tagħmel xi pjaċir imma dak li sar, sar bi dritt għal min għandu bżonnu.  Dalli qalet li  huwa d-dover ta’ kull persuna li għandha l-poter li tibdel l-affarijiet għall-aħjar, li tagħmel hekk.  Dalli qalet li jiddispjaċieha li Joanne kellha taħli  ħafna snin tissielet  għal dritt li kellu jkun tagħha.  Qed nitkellmu fuq drittijiet umani li ħadd m'għandu jiċħad lil ħadd minnhom.  Huwa d-dover ta’ kull gvern li jara li kull persuna tgawdi d-drittijiet umani li jgawdi kullħadd.

Il-Ministru awgurat lil Joanne għall-ħajja tagħha u qalet li hija tispera li l-każ tagħha jkun strumentali biex jitneħħew il-preġudizzji u jgħin biex inbiddlu l-attitudnijiet u l-kultura tal-mod kif għad hawn min fis-soċjetà tagħna jħares u jaġixxi fil-konfront tal-minoranzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow