STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr0792
25/04/2013
Il-Prim Ministru jiltaqa' ma' Renzo Piano dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt
Il-Prim Ministru ltaqa' mal-Perit Renzo Piano biex jingħata rendikont tax-xogħol li qed isir fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt. Il-laqgħa saret nhar it-Tlieta fl-uffiċċju ta' Renzo Piano f'Pariġi.
Il-laqgħa kienet waħda ta' informazzjoni fejn ġie spjegat il-kunċett wara l-proġett, il-brief oriġinali u l-ħsibijiet għall-futur.
Il-Gvern beħsiebu jikkonsulta b'mod wiesa’ dwar kif għandu jiżviluppa dan il-proġett.
Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti d-Deputat Prim Ministru Louis Grech.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en