KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR LIL PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Fi żjara li għamlu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva l-Onorevoli Franco Mercieca ntqal li l-Gvern huwa impenjat li joffri u jagħti l-aħjar kwalità ta’ ħajja lil persuni b’diżabilità.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca rrikonoxxiet ix-xogħol li qed tagħmel il-Knisja fil-qasam tad-diżabilità. Hija spjegat kif il-Knisja kienet il-promotur ewlieni tal-kunċett ta’ independent living fejn għenet persuni b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti fi djar.
L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li l-Gvern se jkun qed jiżviluppa l-kunċett ta’ independent living.
Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern ma jridx biss jagħti s-serħan tal-moħħ lill-ġenituri tal-persuni b’diżabilità wara mewthom iżda matul ħajjithom hemm bżonn li nuruhom li aħna ta’ spalla magħhom billi ngħinuhom u ninċentivaw il-ġenituri bis-servizzi ta’ respite.
Preżentament id-Dar tal-Providenza toffri s-servizz ta’ respite lil madwar sittin familja.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr. Franco Mercieca spjega kif il-Gvern irid jaħdem sabiex il-persuni b’diżabilità jkollhom l-istess drittijiet bħal ħaddieħor.
Semma kif il-Gvern mhux biss huwa kommess li jgħin il-Knisja fil-ħidma fejjieda tagħha f’dan il-qasam iżda wkoll jieħu rwol prinċipali ħalli nkomplu nagħtu ħajja dinjituża lil dawn il-persuni.
L-Onorevoli Franco Mercieca faħħar ix-xogħol li qed isir fid-Dar tal-Providenza u rringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu b’dedikazzjoni sħiħa mal-persuni b’diżabilità.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en