Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI

pr0779
Date Icon 24/04/2013

Jitħabbru bidliet fil-Public Broadcasting Services

Dr Tonio Portughese se jkun qed jinħatar bħala Chairman tal-Public Broadcasting Services.

Dr Portughese ilu assoċjat mad-dinja tal-negozju u l-industrija internazzjonali tul l-aħħar 35 sena  billi kopra diversi funzjonijiet maniġerjali f'Malta, l-Italja, Franza, il-Marokk, Singapore, il-Malasja u ċ-Ċina. Serva fuq il-Bord tal-Konsorzju Co.Ri.Me dwar ir-Riċerka u Żvilupp fil-Mikroelettronika tal-Università ta’ Catania; fuq il-bord tad-diretturi tal-ST Microelectronics (Malta) Ltd; il-Kunsill tal-Università; il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp (Direttur); Mimcol/Malta Govt Investments (Direttur); Chairman tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ; Chairman tat-Tribunal Industrijali; President tal-Malta Employers' Association; Deputy Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST; Direttur tar-Riżorsi umani u Relazzjonijiet Esterni tal-ST Microelectronics sa mill-1981.

Huwa ġie dekorat mill-President tal-Italja Carlo Azeglio Ciampi bħala "Cavaliere dell'Ordine almerito della Repubblica Italiana" u mill-President ta’ Malta George Abela bħala Membru tal-Mertu bl-unur ta’ Ġieh ir-Repubblika bħala rikonoxximent tas-sehem estensiv tiegħu għall-iżvilupp ekonomiku industrijali ta’ Malta.

Is-Sur Albert Marshall se jkun id-deputat Chairman tal-Bord.

Il-membri l-oħra tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS se jkunu:

Dr Claire Bonello

Tony Cassar Darien

Edward Cassar Delia

Dr Frank Portelli

Paul Vella

Adriana Zarb Adami

Bord Editorjali

Il-bord editorjali se jkun immexxi mis-Sur Joseph Sammut.

Is-Sur Sammut preżentament jaħdem bħala PR and Fund Raising Executive ma’ Caritas Malta. Huwa kien kap eżekuttiv tal-Malta International Airport, kap eżekuttiv tal-Malta Hotels and Restaurants Association u mal-Air Malta bħala Head of Sales, Assistent Personali tad-Direttur Maniġerjali u General Manager bħala Group Head tal-Ground Handling.

Huwa serva fil-Bord tal-Awtorità tax-Xandir għal diversi snin, kien editur tal-Aħbarijiet ta’ Radju Malta u producer u direttur ta’ programmi tat-televiżjoni.

Fil-bord editorjali se jkun hemm ukoll is-Sur Felix Agius u Dr Martin Fenech.

Review board

Fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jkun qed iħabbar ukoll it-twaqqif ta’ bord għar-riforma biex jitwettqu l-bidliet meħtieġa fix-xandir pubbliku skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali ta’ Gvern Ġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow