L-ISPORT: GĦAL ĦAJJA AKTAR ATTIVA U ĦIELSA MILL-MARD
Is-Segretaru Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, stieden lill-ġurnalisti sportivi biex ikunu sħab mal-Gvern biex f’pajjiżna jsir aktar investiment fl-isport kemm fl-interess tal-isportivi kif ukoll tas-soċjetà in ġenerali. Dr Buontempo qal li “l-Gvern huwa impenjat li jagħti prijorità lill-isport għax jemmen li sa miċ-ċkunija jista’ jdaħħal f’uliedna sens ta’ apprezzament għal ħajja aktar attiva u ħielsa mill-mard. Dan, nittamaw, li jwassal biex jirnexxielna nnaqqsu l-mard relatat man-nuqqas ta’ eżerċizzju, partikularment il-ħxuna żejda fit-tfal.”
Dan intqal waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari kellu llum ma’ delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Huwa qal li li l-kritika kostruttiva li jagħmlu l-ġurnalisti hija vitali biex min jieħu d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam jinduna meta forsi jkun qed jonqos jew ma jkunx qed jagħmel biżżejjed u għalhekk stieden lill-ġurnalisti biex jiskrutinaw kontinwament ħidmet il-Gvern f’dan il-qasam.
Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunità biex tispjega l-funzjoni tagħha u rwol tal-ġurnalisti u r-reporters sportivi.
Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm ir-relazzjoni futura u għajnuna mis-Segretarjat lejn l-GħĠS, il-futur tal-avvenimenti sportivi Nazzjonali, is-sehem tal-GħĠS fl-istrutturi tal-Kunsill Malti għall-Isport kif ukoll inizjattivi favur l-introduzzjoni ta' aktar korsijiet fl-istituzzjonijiet edukattivi bħal l-MCAST u l-Università mmirati speċifikament lejn il-ġurnaliżmu sportiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en