Left arrow Go Back

L-ISPORT: GĦAL ĦAJJA AKTAR ATTIVA U ĦIELSA MILL-MARD

pr0778
Date Icon 24/04/2013

Is-Segretaru Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, stieden lill-ġurnalisti sportivi biex ikunu sħab mal-Gvern biex f’pajjiżna jsir aktar investiment fl-isport kemm fl-interess tal-isportivi kif ukoll tas-soċjetà in ġenerali.  Dr Buontempo qal li “l-Gvern huwa impenjat li jagħti prijorità lill-isport għax jemmen li sa miċ-ċkunija jista’ jdaħħal f’uliedna sens ta’ apprezzament għal ħajja aktar attiva u ħielsa mill-mard. Dan, nittamaw, li jwassal biex jirnexxielna nnaqqsu l-mard relatat man-nuqqas ta’ eżerċizzju, partikularment il-ħxuna żejda fit-tfal.”

Dan intqal waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari kellu llum ma’ delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Huwa qal li li l-kritika kostruttiva li jagħmlu l-ġurnalisti hija vitali biex min jieħu d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam jinduna meta forsi jkun qed jonqos jew ma jkunx qed jagħmel biżżejjed u għalhekk stieden lill-ġurnalisti biex jiskrutinaw kontinwament ħidmet il-Gvern f’dan il-qasam.

Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sports immexxija mill-President Charles Camenzuli, ħadet l-opportunità biex tispjega l-funzjoni tagħha u rwol tal-ġurnalisti u r-reporters sportivi.

Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm ir-relazzjoni futura u għajnuna mis-Segretarjat lejn l-GħĠS, il-futur tal-avvenimenti sportivi Nazzjonali, is-sehem tal-GħĠS fl-istrutturi tal-Kunsill Malti għall-Isport kif ukoll inizjattivi favur l-introduzzjoni ta' aktar korsijiet fl-istituzzjonijiet edukattivi bħal l-MCAST u l-Università mmirati speċifikament lejn il-ġurnaliżmu sportiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow