STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
Jinħatar il-Bord tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS)
Dr Ernest Azzopardi ġie maħtur bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi.
Dr. Azzopardi huwa ggradwat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta, fl-Ekonomija Finanzjarja mill-Università ta’ Londra f’livell ta’ Masters, kif ukoll Master of Philosophy Degree minn Maastricht. Kiseb ukoll Postgraduate Certificate f’research methods mill-Università ta’ Aberdeen kif ukoll Dottorat fil-Kompetittività tat-Turiżmu Internazzjonali.
Dr. Azzopardi għandu esperjenza vasta fit-tagħlim u f’superviżjoni fejn tidħol riċerka f’oqsma differenti li jinkludu l-ekonomija, turiżmu, ambjent u management. Serva bħala membru fuq diversi bordijiet edukattivi u wkoll bħala Chairman u membru ta’ diversi bordijiet ta’ diretturi. Okkupa karigi għoljin fil-qasam tar-riċerka u istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll organizza b’suċċess konferenzi internazzjonali għall-akkademiċi fuq livell professjonali. Ħadem ukoll għal diversi negozji żgħar u medji, organizzazzjonijiet mhux governattivi u aġenziji pubbliċi.
Il-bord il-ġdid sħiħ tal-ITS huwa magħmul minn:
Chairperson – Dr Ernest Azzopardi
Membri – Is-Sur Alfred Quintano
Is-Sur Charles Martin
Is-Sja Michelle Muscat Portelli
Is-Sur Carlo Micallef
Is-Sur Joseph Bonello
Is-Sja Carmela Said
Is-Sur Adrian Grech Cumbo
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en