Left arrow Go Back

IT-TURIŻMU MALTI QED JIBBENEFIKA MIR-RELAZZJONIJIET BILATERALI B’SAĦĦITHOM LI JEŻISTU BEJN MALTA U SPANJA

pr0772
Date Icon 24/04/2013

Dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatur ta’ Spanja l-E.T. Felipe de la Morena.

Iż-żewġ naħat iddiskutew ir-rabtiet bilaterali ekonomiċi b’saħħithom li jeżistu bejn Malta u Spanja. B’mod partikolari fejn jidħol il-qasam turistiku, fejn iż-żewġ naħat irrikonoxxew li t-turiżmu huwa pilastru importanti għall-ekonomiji rispettivi taż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma kif ir-relazzjonijiet politiċi b’saħħithom bejn iż-żewġ naħat ħallew il-frott, fost l-oħrajn fil-qasam tal-kummerċ, filwaqt li Malta rreġistrat riżultati tajbin f’dak li huwa investiment minn Spanja fil-qasam tal-farmaċewtika.

Karmenu Vella tkellem dwar il-pjanijiet futuri tal-gvern għall-qasam tat-turiżmu fosthom li titjieb il-profitabilità u li ssir diversifikazzjoni tal-prodott li jiġi offrut lit-turisti li jinkludi aktar attrazzjonijiet.

Tkellem ukoll fuq il-pjanijiet tal-gvern li Malta jkollna l-kunċett ta’ ‘applied culture’ fejn il-kultura ssir aktar aċċessibbli. F’dan ir-rigward saħaq fuq l-importanza li l-pajjiż ikollu kalendarju kulturali fiss mifrux matul is-sena kollha u mhux ammont ta’ attivitajiet li jsiru kollha f’ġurnata waħda.

Dwar is-settur tal-avjazzjoni, il-Ministru Vella qal li l-aċċessibbiltà fit-turiżmu llum il-ġurnata hija kruċjali għas-sostenibbiltà tas-settur u kien għalhekk li l-avjazzjoni nġiebet taħt it-Turiżmu.

Dwar dan tkellem l-Ambaxxatur ta’ Spanja l-E.T. Felipe de la Morena fejn  semma l-figuri pożittivi ta’ turisti Maltin li ta’ kull sena jżuru Spanja, bis-sena 2012 biss tirreġistra total ta’ 20,000 turist minn Malta. Dan minbarra numru ta’ imprendituri li jżuru Spanja fuq bażi regolari għal fini ta’ negozju.

L-Ambaxxatur ta’ Spanja wiegħed kull appoġġ tal-ambaxxata lill-Ministru Vella sabiex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow