IS-SEBA’ EDIZZJONI TAL-FESTIVAL SEĦER IL-PUNENT - ATTIVITÀ LI TIPPROMWOVI L-KULTURA U L-IDENTITÀ TAL-GŻIRA GĦAWDXIJA
L-edizzjoni ta’ Seħer il-Punent ta’ din is-sena ġiet organizzata bejn il-Ġimgħa 19 ta’ April u l-Ħadd 21 ta’ April. Bħal fis-snin l-imgħodija din l-edizzjoni ġiet imtellgħa mill-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, s-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, kif ukoll mill-Ministeru għal Għawdex.
Il-festival infetaħ mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo nhar il-Ġimgħa filgħaxija waqt waħda mill-attivitajiet ta’ din l-edizzjoni li kienet tikkonsisti f’ikla tradizzjonali fil-pjazza sabiħa tal-Għarb.
Waqt kelmtejn tal-okkażjoni, Dr. Refalo faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Għarb li jagħmel użu minn din l-attività sabiex ikompli jippromwovi l-kultura u l-identità tal-gżira Għawdxija. Huwa kompla d-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali oħra Għawdxin sabiex jieħdu l-istess inizjattiva u joħolqu attivitajiet simili f’lokalitajiet Għawdxin.
Fakkar ukoll li fi ftit ġimgħat oħra, il-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jorganizza l-attività annwali tan-Notte Gozitana bejn l-10 u it-12 ta’ Mejju li ser tkun esperjenza unika għal kull min ser jipparteċipa fiha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en