Left arrow Mur Lura

FONDI AĊĊESSIBBLI GĦAL KULĦADD

pr0764
Date Icon 23/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017, l-Onor. Ian Borg, laqa’ stedina li għamlitlu l-amministrazzjoni tal-General Workers Union.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew kif il-fondi tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd bil-għan li dawn iservu ta’ benefiċċju għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari  Ian Borg qal li l-Gvern huwa kommess biex fil-programm operattiv il-ġdid il-Unions Maltin mhux biss ikunu attivi fil-proċess ta’ konsultazzjoni iżda għandhom jingħataw aktar għajnuna meta jiġu biex jissottomettu l-proġetti tagħhom.

L-Onor Borg  qal li permezz tal-European Regional Fund u l-iskema Jeremie n-negozji Maltin u Għawdxin ibbenefikaw minn ħamsin miljun  Ewro u għaxar miljun Ewro rispettivament  biex ikomplu jkabbru l-intrapriża tagħhom, filwaqt li taħt il-European Social Fund in-negozji bbenefikaw minn 21 miljun Ewro li ssarrfu f’aktar taħriġ u impjiegi ta’ kwalità għall-ħaddiema.

Dr. Borg wera l-apprezzament tiegħu lejn il-GWU, li bħat-tradeunions l-oħra kollha ta’ pajjiżna qiegħda tagħmel sforz kbir biex tiġġieled il-prekarjat f’pajjiżna.

Minn naħa tiegħu s-segretarju ġenerali tal-General Workers Union, Tony Zarb laqa’ b’mod pożittiv l-impenn ta’ Dr. Borg biex il-Unions Maltin jingħataw għajnuna bil-għan li jkunu jistgħu jużaw fondi Ewropej għall-kuntrarju ta’ kif sar fl-aħħar snin.

Tony Zarb żied jgħid li l-General Workers Union lesta tagħti l-kontribut meħtieġ biex il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tkun suċċess għal pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow