IL-GVERN SE JKUN QED JIFFINALIZZA N-NATIONAL DRUG POLICY U N-NATIONAL GAMBLING POLICY LI ILHOM FUQ L-IXKAFFA MILL-2008
Waqt żjara li l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca għamlet lill-Agenzija Sedqa, ħabbret li l-Gvern se jkun qed jgħarbel id-drafts tan-National Drug Policy u tan-National Gambling Policy bil-għan li jressaq national policy finali.
Dawn iż-żewg policies kienu tfasslu lura fis-sena 2008 u iżda baqgħu fuq l-ixkaffa.
Wara li ltaqgħet mal-ħaddiema tal-Agenzija Sedqa, l-Onorevoli Ministru kompliet tispjega li dawn il-policies se jiġu finalizzati wara konsultazzjoni wiesa’ mal-istakeholderskollha involuti.
Ewlenin fosthom mal-ħaddiema nfushom kif ukoll mal-familji tal-persuni li segwew programmi ta’ rijabilitazzjoni għad-droga u l-logħob tal-ażżard.
Sostniet li din il-politika nazzjonali tibqa’ tiġi evalwata fi proċess kontinwu.
Dan il-Gvern, qalet Coleiro Preca, se jqis is-successi tiegħu mir-riżultati li jakkwista.
Qalet li għalkemm l-Agenzija Sedqa wettqet ħafna xogħol siewi f’dawn l-aħħar għoxrin sena, hija xorta waħda tinsab inkwetata dwar ir-rata tal-konsum tal-alkoħol fost żgħażagħ ta’ sittax-il sena.
Filwaqt li l-medja Ewropea hija ta’ 79%, ir-rata f’pajjiżna hija ta’ 86%.
Hawnhekk tkellmet dwar il-ħtiega li jissaħħaħ il-qasam tal-prevenzjoni billi jiżdiedu r-riżorsi u l-programmi ta’ outreach, ewlenin fosthom fuq il-postijiet tax-xogħol.
Il-Ministru qalet ukoll li bdew diskussjonijiet preliminari dwar kif żgħażagħ li jabbużaw minn sustanzi u li kisru l-liġi f’pajjiżna, jiġu indirizzati mis-sistemi tal-Qrati f’pajjiżna.
B’rabta ma’ dan Coleiro Preca temmet tgħid li l-pajjiż irid jara x’sistemi jista’ jadotta, bħal fost l-oħrajn Drugs Court li rnexxiet kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-iSkozja, sistemi li pajjiżna jista’ jadotta għall-ġid tas-soċjetà tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en