L-OQSMA TAT-TURIŻMU U L-KULTURA FUQ L-AĠENDA TA’ DISKUSSJONIJIET BEJN IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U L-AMBAXXATRIĊI TAL-AWSTRIJA
Illum il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Federali tal-Awstrija l-E.T. Petra Maria Scheebauer.
Iż-żewġ naħat tkellmu fuq ir-rabtiet li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, flimkien mal-andament tas-settur turistiku minn u lejn Malta.
Fost l-oħrajn issemma’ kif bħalissa għaddej proġett ta’ senior tourism min-naħa tal-Awstrija biex jinkoraġixxi turisti ta’ ’l fuq minn ħamsin sena biex iżuru Malta. F’dan ir-rigward kien diskuss kif dan il-proġett jista’ jitkompla u jissaħħaħ.
Aspett ieħor li kien diskuss bejn il-Ministru għat-Turiżmu u l-Ambaxxatriċi Awstrijaka kien il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam kulturali.
Fost l-oħrajn kienet mistħarġa l-possibilità li tkun organizzata ġimgħa kulturali bejn Malta u l-Awstrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en