Left arrow Go Back

L-OQSMA TAT-TURIŻMU U L-KULTURA FUQ L-AĠENDA TA’ DISKUSSJONIJIET BEJN IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U L-AMBAXXATRIĊI TAL-AWSTRIJA

pr0755
Date Icon 23/04/2013

Illum il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Federali tal-Awstrija l-E.T. Petra Maria Scheebauer.

Iż-żewġ naħat tkellmu fuq ir-rabtiet li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, flimkien mal-andament tas-settur turistiku minn u lejn Malta.

Fost l-oħrajn issemma’ kif  bħalissa għaddej proġett ta’ senior tourism min-naħa tal-Awstrija biex jinkoraġixxi turisti ta’ ’l fuq minn ħamsin sena biex iżuru Malta. F’dan ir-rigward kien diskuss kif dan il-proġett jista’ jitkompla u jissaħħaħ.

Aspett ieħor li kien diskuss bejn il-Ministru għat-Turiżmu u l-Ambaxxatriċi Awstrijaka kien il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam kulturali.

Fost l-oħrajn kienet mistħarġa l-possibilità li tkun organizzata ġimgħa kulturali bejn Malta u l-Awstrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow