Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JITKELLEM FUQ L-IMPORTANZA TAL-IRWOL TAL-AĠENTI TAL-IVVJAĠĠAR U L-OPERATURI TURISTIĊI BARRANIN FEJN JIDĦOL REKLAMAR TA’ MALTA BĦALA DESTINAZZJONI TURISTIKA

pr0744
Date Icon 22/04/2013

Meta kien qed jindirizza l-ftuħ ta’ konferenza għall-aġenti tal-ivvjaġġar Ġermanizi organizzata mill-RTK, (Raiffeisen-Tours-Kooperation), l-akbar aġenzija tal-ivvjaġġar fil-Ġermanja, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza li s-suq tal-ivvjaġġar għandu għall-qasam turistiku, b’mod partikolari l-irwol tal-aġenti tal-ivvjaġġar.

Aktar u aktar fejn jidħol is-suq Ġermaniż fejn huwa stmat li madwar 70% tat-turisti Ġermaniżi li jżur Malta kull sena jagħmlu dan permezz tal-aġenti tal-ivvjaġġar u l-operaturi turistiċi.

F’termini reali dan ifisser li mill-Ġermanja biss, iżuru pajjiżna mal-137,000 turist kompla l-Ministru Vella li jfisser 10% tat-turisti kollha li jżuru Malta.

Ma’ dawn jiżdiedu wkoll l-40,000 turist Ġermaniż kull sena li jagħmlu użu mill-cruise liners u li jużaw il-Port il-Kbir bħala l-home port, bi ftehim mal-kumpanija TUI Mein Schiff.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella saħaq li l-potenzjal li tista’ toffri Malta fis-suq Ġermaniż huwa ferm aktar b’saħħtu, b’mod partikolari meta l-istaġun turistiku jkun wieħed baxx.

Semma kif il-prodott turistiku Malti kapaċi jkun diversifikat biex jirnexxilu jattira ammont sostanzjali ta’ turisti ta’ tipi differenti. Mhux l-anqas fejn jidħol is-suq Ġermaniż li kapaċi  japprezza  l-kultura u l-istorja rikka ta’ Malta, u mhux sempliċiment destinazzjoni bħala post ta’ rilassament.

Karmenu Vella tkellem ukoll fuq l-importanza ta’ ħidma kollettiva biex is-suq Ġermaniż jerġa’ jieħu postu fejn jidħol ranking tal-aktar swieq li jiġġeneraw turiżmu f’Malta hekk kif preżentament jinsab fit-tielet post. Qal li l-Ministeru flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se jkunu qed jaħdmu flimkien biex isaħħu u jtejbu l-aċċessibilità mil-Ġermanja b’mod partikolari minn ċerti reġjuni.

Huwa appella lill-aġenti tal-ivvjaġġar preżenti biex ikunu ambaxxaturi ta’ Malta u jippromwovu u jbiegħu lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika lill-klijenti tagħhom.

Il-Ministru għat-Turiżmu fisser l-importanza ta’ okkażjonijiet bħal dawn li fi kliemu jagħtu opportunità lill-aġenti tal-ivvjaġġar biex jesperjenzaw direttament il-gżejjer Maltin aktar milli sempliċiment jaraw ritratti jew immaġini fuq siti elettroniċi u online portals.

Il-konferenza organizzata minn RTK qed tara parteċipazzjoni rekord ta’ aġenti tal-ivjaġġar u operaturi turistiċi Ġermaniżi, b’total ta’ madwar 200. Il-programm ta’ attivitajiet marbuta mal-konferenza jinkludi numru ta’ eskurżjonijiet fosthom hiking, ċikliżmu, u żjajjar f’siti storiċi.

Preżenti għall-ftuħ tal-konferenza dalgħodu kien hemm fost l-oħrajn il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci.

Il-konferenza li qed tittella’ fil-Lukanda Dolmen fil-Qawra tintemm fl-24 ta’ April. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow