ŻJARA F’LONDRA GĦALL-KONFERENZA ‘PUBLIC ADMINISTRATION IN VERY SMALL STATES’
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Farrugia, se jkun qiegħed jattendi għall-konferenza bl-isem ta’ ‘Public Administration in Very Small States’ f’Londra.
L-Onorevoli Farrugia se jħalli Malta it-Tnejn, 22 ta’ April wara nofsinhar.
Din il-konferenza hija organizzata mill-Commonwealth, u ser tkun qiegħda tiffoka fuq 35% tal-iżgħar pajjiżi li jagħmlu parti mill-Commonwealth, fosthom dsatax-il pajjiż madwar il-Karibew u l-Oċean Indjan, li bejniethom m’għandhomx popolazzjoni ta’ aktar minn 500,000 persuna.
Waqt il-konferenza, l-Onorevoli Farrugia mistenni jagħmel diskors dwar is-Simplifikazzjoni Amministrattiva.
L-għan ta’ din il-konferenza huwa li titfa’ aktar dawl fuq l-amministrazzjoni pubblika ta’ pajjizi żgħar bħal Malta, u fl-istess waqt sabiex l-istess pajjiżi jitgħallmu mingħand xulxin x’inhuma l-aħjar prattiċi biex tikber l-ekonomija u titgawda l-istabbiltà politika.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ser ikun akkumpanjat mis-Sur Francis Galea, li huwa addett mal-uffiċċju tiegħu stess, u mill-kap taċ-ċivil is-Sur Mario Cutajar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en