ŻJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI, IS-SUR RODERICK GALDES FIL-FRONT OFFICE TAL-AĠENZIJA GĦALL-PAGAMENTI – 18 TA’ APRIL 2013
Nhar, l-Ħamis, 18 ta’ April 2013, is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes, żar il-Front Office tal-Aġenzija għall-Pagamenti fejn qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-għajuniet diretti mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja għall-bdiewa u raħħala.
Bħal fi snin preċedenti l-Aġenzija għall-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima qegħda tilqa’ talbiet għall-Pagamenti minn Bdiewa u Raħħala fuq diversi skemi li jinkludu:
• Miżuri taħt Assi 2 tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali (2007-2013) – Miżuri għal Żoni Żvantaġġjati u Miżuri Agro-Ambjentali;
• Skema tal-Pagament Uniku u
• Għajnuna Addizzjonali fuq id-dwieli
Filwaqt li l-ħlas tal-miżuri tal-Iżvilupp Rurali u tal-Pagament Uniku huma ffinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja, li jammonta għal madwar 9 Miljun Ewro. L-għajnuna addizzjonali fuq id-dwieli hija ffinanzjata mill-Gvern Malti u tammonta għal madwar erba’ mitt elf ewro.
Matul din iż-żjara, l-Onor Galdes ġie muri il-proċess tas-sistema elettronika fejn l-applikanti jistgħu jissottomettu t-talba għall-Pagament f’kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Din is-sena s-sistema ġiet simplifikata u biex tiffaċilita il-proċess wieħed jista jagħmel użu minn linji gwida li jagħtu nformazzjoni dwar il-passi li wieħed irid jagħmel biex jikkonferma l-applikazzjoni, kif ukoll permezz ta’ għajnuna awdjo viżiva. Infatti, kull min jagħmel użu mis-sistema eletronika m’għandu jibgħat l-ebda dokument lill-Aġenzija u b’hekk jevita l-ħlas tal-posta u l-inkonvenjent li jirrikorri fl-uffiċini tal-Aġenzija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en