Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI - Jinqabdu b’wiċċhom mgħammad jikkaċċjaw illegalment

pr0732
Date Icon 20/04/2013

...Se jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin

Fis-sigħat li ġejjin ser jitressqu l-Qorti żewġ persuni li kienu qed jikkaċċjaw illegalment ġewwa r-riserva Foresta 2000.  Wara rapporti li kien hemm abbużi minn xi individwi b’wiċċhom mgħammad, il-Pulizija tal-ALE mmexxija mill-Ispettur Ramon Mercieca, irnexxielhom jaqbdu lil dawk li kienu qed jiksru l-liġi.

Filwaqt li l-kaċċaturi ser ikollhom iċ-ċans li jikkaċċjaw skont ir-regoli tad-deroga tar-Rebbiegħa, l-ebda ksur tal-liġi mhu ser jiġi ttollerat.

Dan juri s-serjetà li biha qed jaħdem il-Gvern biex jara li ma ssirx kaċċa llegali filwaqt li l-kaċċaturi jimxu mar-regoli u l-liġijiet tal-pajjiż.

Fuq l-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, twaqqaf Bord li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jkun hemm strateġija dwar il-moniteraġġ u nfurzar tul il-perjodu tad-deroga tal-kaċċa.

Fuq dan il-Bord hemm rappreżentati dawk kollha li b’xi mod huma involuti ma’ din id-deroga; id-Direttorat tal-Ambjent, il-Pulizija (ALE), il-Forzi Armati ta’ Malta, l-FKNK u Birdlife Malta.  Iċ-ċermen tal-Bord huwa Dr Louis F. Cassar.

Il-Bord qed jiltaqa’ b’mod regolari matul il-perjodu kollu tad-deroga sabiex jevalwa kontinwament is-sitwazzjoni ta’ nfurzar u l-osservanza tar-regolamenti u tal-liġi.

Tul il-perjodu tad-deroga tar-Rebbiegħa għal din is-sena, il-Pulizija tal-ALE qed jiġu mgħejjuna minn Pulizija oħra. 

Il-pubbliku inġenerali jista’ jirrapporta kwalunkwe ksur tar-regolamenti f’kull Għassa tal-Pulizija mferrxin madwar Malta u Għawdex jew iċempel fuq in-numru 119.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow