FTUĦ MILL-ĠDID TAS-SEZZJONI TAT-TJUR FIL-PETTING FARM F'TA' QALI
Wara li s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali avża li s-Sezzjoni tat-Tjur fejn huma miżmuma l-paguni u d-dundjani fil-Petting Farm f’Ta’ Qali kienet ser tiġi magħluqa għall-pubbliku b’effett immedjat, id-Direttorat tal-PARKS immedjatament ħa l-passi neċessarji sabiex mhux biss jiġu diżinfettati l-binja u l-madwar, iżda aktar minn hekk, ried l-assigurazzjoni li ma jkun hemm l-ebda riskju la għall-pubbliku u l-anqas għall-ħaddiema tal-Petting Farm.
Tajjeb li wieħed ikun infurmat li l-aktar mod faċli li s-Salmonella tista’ tiġi trasmessa lill-bniedem hu permezz ta’ konsum tal-laħam u l-bajd ta’ tjur infettati, u konsum ta’ ikel mhux imsajjar u li jkun ġie nfettat minn laħam nej.
It-tjur affetwati ġew miżmuma f’gaġġa tal-ħadid ġewwa post magħluq u esebiti biss minn wara ċint, fejn ma seta’ qatt ikun hemm l-ebda kuntatt mal-viżitaturi.
Għaldaqstant, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali b’responsabilità jinforma lill-pubbliku li l-annimali miżmuma fil-Petting Farm ma qegħdin joffri l-ebda riskju ta’ mard u li l-Petting Farm għal darb’oħra jinsab miftuħ għall-pubbliku fil-ħinjiet normali tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en