Left arrow Mur Lura

L-ONOR. STEFAN BUOTEMPO JQASSAM IĊ-ĊERTIFIKATI TA’ PARTEĊIPAZZJONI LILL-ISKEJJEL LI ĦADU SEHEM FIL-FESTIVAL TAŻ-ŻFIN

pr0726
Date Icon 19/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo, illum attenda għall-festival taż-żfin għall-iskejjel primarji u sekondarji li sar fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Dan il-festival, ġie organizzat mill-iSports Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport, mis-Sra Natasha Galea, Kap tad-Dipartiment tal-PE Catholic Education Secretariat, u mis-Sra Annie Cassar, President tal-Malta Dance Sport Association.

Għal dan il-festival, li sar fuq jumejn, attendew mas-700 tifel u tifla u kien jinkludi workshops u esebizzjoni ta’ żfin differenti.

F’indirizz li għamel qabel ma qassam iċ-ċertifikati lill-istudenti li pparteċipaw, is-Segretarju Parlamentari Buontempo faħħar lill-għalliema li ħadu din l-inizjattiva u ħeġġeġ lill-istudenti biex jieħdu sehem f’dan il-festival.

Stefan Buontempo ħeġġeġ lill-istudenti biex jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet għax l-eżercizzju fiżiku jgħin lill-bniedem ikun aktar b’saħħtu kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Dr Buontempo kompla jgħid li permezz tal-isport it-tfal jibnu karattru sod, ikunu aktar soċjevoli, u jkunu aktar esposti għal dak li jkun qed jiġri madwarhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow