SENSITTIVITÀ IKBAR MIS-SISTEMA TAL-ĠUSTIZZJA LEJN PERSUNI B’DIŻABBILTÀ
F’laqgħa li kellu dalgħodu mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja Owen Bonnici sostna li s-sistema tal-ġustizzja għandha turi sensittività akbar lejn il-persuni b’diżabbilità, specjalment dawk b’diżabbiltà intelletwali.
Dr. Bonnici sostna li f’oqsma bħall-ġbir tax-xhieda li fihom ikunu involuti persuni b’diżabbilità u proceduri li jwasslu għal inabilitazzjoni ta’ persuni, il-Gvern jemmen li flimkien mal-KNPD għandha tiġi studjata s-sitwazzjoni u jinħolqu soluzzjonijiet li jtejbu dan is-settur. Il-Guardianship Act, li ġie approvat unanimament matul il-leġiżlatura li għaddiet, kien pass fid-direzzjoni t-tajba u li se jagħti għodod ġodda biex il-persuni b’diżabbilità jiġu megħjuna aktar fil-proċessi ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji.
Qal li l-Gvern kommess li flimkien mal-KNPD jara li l-Karta tal-Ġnus Magħquda tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità fis-settur tal-ġustizzja tiġi implimentata u stqarr li fil-qasam tal-amminsitrazzjoni tal-Ġustizzja l-persuni b’diżabbilità għandhom ikollhom iktar opportunità li jipparteċipaw fiha. Sostna li l-Gvern iħares b’mod pożittiv għal inizjattivi bħal dawk tal-ME2!, li joffru opportunità ta’ impieg custom-made għall-persuni b’diżabbiltà u beħsiebu jkompli jibni fuq il-ġid li qed isir anke fil-qasam tal-Ġustizzja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en