IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TA’ KORTESIJA MAL-AMBAXXATRIĊI TAL-AWSTRIJA GĦALL-MALTA DR. PETRA SCHNEEBAUER
pr0723
19/04/2013
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Ambaxxatriċi tal-Awstrija għall-Malta Dr. Petra Schneebauer.
Matul il-laqgħa ż-żewġ naħat tkellmu dwar opportunitajiet ta’ skambji li jistgħu jinqalgħu f’oqsma bħall-ambjent u t-teknoloġija ambjentali.
Tkellmu ukoll dwar networking mal-Ministeri l-oħra konċernati biex ikun hemm skambji bejn iż-żewġ pajjiżi, inkluż fis-setturi msemmija.
Kemm il-Ministru Brincat u l-Ambaxxatriċi Shneebauer tkellmu dwar l-importanza li jitkomplew inizjattivi li diġà saru u oħrajn li jistgħu jittieħdu fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en