“IL-GVERN IMPENJAT JATTIRA LEJN MALTA AKTAR KUMPANIJI TAT-TESSUTI” – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onor. Chris Cardona żar il-kumpanija Leisure Clothing Company Limited.
Il-Ministru Cardona qal li permezz ta’ din iż-żjara ried iwassal messaġġ li dan il-Gvern jemmen f’Ekonomija diversifikata fejn kull settur, inkluż dak tal-manifattura, jingħata l-importanża u l-attenżjoni neċessarja.
Il-Kumpanija Leisure Clothing Company Limited, l’ilha stabilita’ f’pajjiżna sa mill-1986, kienet ir-rizultat ta’ ftehim bilaterali li kien sar maċ-Ċina. Matul is-snin din il-kumpanija stabilit ruħha fis-swieq internazzjonali u fir-realtajiet ewropej u għanda diversi klijenti rinomati bħal; Austin Reed, Ted Baker, Jaeger, Hugo Boss u anke Giorgio Armani u Karen Millen. Illum il-kumpanija tħaddem 200 persuna li huma mħallta bejn Maltin u Ċinizi.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Kumpanija Leisure Clothing Company Limited hija prova ċara ta’ kemm il-Gvern preċedenti kien żbaljat meta għamel imħatra li ma kienx se jibqa’ aktar fabbriki tat-tessuti f’pajjiżna. Il-Ministru Cardona saħaq li dan il-Gvern jemmen li l-qasam tal-manifattura, inkluż dak tat-tessuti, għandu futur f’pajjizna u se jkun qed jaħdem biex isaħħaħ l-intrapriża li diġa tezisti waqt li jattira aktar investiment. Dan bil-għan li tintlaħaq il-mira ewlenija ta’ dan il-Gvern li jinkiseb tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en