Left arrow Mur Lura

AKTAR TAGĦRIF GĦALL-KUNSILLI LOKALI BIEX JUŻAW FONDI EWROPEJ - IS-SEGRETARJU IAN BORG JILTAQA' MAL-KUNSILL LOKALI TA' ĦAŻ-ŻEBBUĠ

pr0710
Date Icon 18/04/2013

Illum is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Ian Borg iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li qiegħed jagħmel mal-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet oħrajn dwar użu aħjar tal-fondi Ewropej.

L-Onor. Ian Borg issuġġerixxa kif għandu jingħata aktar taħriġ lill-Kunsilliera u l-Amministrazzjonijiet rispettivi tagħhom sabiex ikollhom preparazzjoni aħjar dwar kif jutilizzaw u jamministraw fondi Ewropej. Laqgħat bħal dawn iservu wkoll sabiex il-Gvern ikompli jisma’ aktar dwar dawk l-oqsma li għalihom jeħtieġ jiġu allokati l-fondi taħt il-programm finanzjarju 2014-2020.

L-Onor. Dr Ian Borg qal li mill-perjodu finanzjarju 2007-2013 tal-fondi Ewropej, il-Kunsilli Lokali bbenefikaw minn  proġetti fit-turiżmu u fl-enerġija, kif ukoll oħrajn bħal dawk tal-‘life-long learning programmes’.Taħt l-‘European Regional Development Fund’ u l-‘European Social Fund’  il-Kunsilli Lokali bbenefikaw minn total ta’ madwar €5 miljuni, ċifra li fil-fehma tas-Segretarju Parlamentari tista’ titla’ ħafna aktar jekk il-Kunsilli Lokali jimpenjaw aktar ruħhom taħt il-programm il-ġdid. Filwaqt li minn proġetti amministrattivi mill-FPD – (Funds and Programmes Division) , il-Kunsilli Lokali bbenefikaw aktar minn €3m  taħt it-‘Territorial Cooperation Programmes’.

L-Onor Dr. Ian Borg saħaq li  l-konsultazzjoni li qiegħda ssir matul dan il-perjodu, ser tidħol f’fażi oħra fil-ġimgħat li ġejjin u dan għaliex anke l-poplu ser ikollu l-opportunita’ jagħti l-ħsibjiet tiegħu.

L-Onor Dr. Ian Borġ irringrazzja wkoll lil MEUSAC li toffri informazzjoni, assistenza u sapport lill-Kunsilli Lokali fuq diversi aspetti relatati mal-opportunitajiet ta’ fondi Ewropej u saħaq li flimkien mall-Ministru Helena Dalli ser ikun qed jagħmel aktar diskussjonijiet  bil-għan li tissaħħaħ l-istruttura eżistenti.

Minn naħa tiegħu s-sindku ta’ Ħaż-Żebbug Alfred Grixti, fuq suġġeriment tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg, qal li ser jippreżenta l-pjanijiet tiegħu li jistgħu jikkwalifaw għall-fondi Ewropej taħt il-programm finanzjarju 2014-2020.

Is-sindku esprima x-xewqa li  l-Kunsilli Lokali jingħataw  aktar għajnuna biex jamministraw il-fondi Ewropej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow