Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CHRIS CARDONA F’LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRI TAL-KUMMERĊ TAL-UE FL-IRLANDA

pr0707
Date Icon 18/04/2013

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona pparteċipa f’laqgħa informali tal-ministri tal-kummerċ li saret f’Dublin, l-Irlanda.

Il-Ministri tal-Kummerċ iddiskutew il-prinċipji li fuqhom għandhom ikunu bbażati  n-negozjati li jwasslu għal ftehim kummerċjali transatlantiku. Dan il-ftehim qed jingħata importanza kbira mill-Presidenza Irlandiza li stabiliet bħala prijoritajiet it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-istabilita’. Dawn id-diskussjonijiet għandhom iwasslu biex fix-xhur li ġejjin jingħata l-mandatt biex jibdew in-negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Skont studji li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dan il-ftehim maż-żmien jista’ jwassal għal tkabbir ta’ 0.5% fis-sena fil-Prodott Domestiku Gross tal-Unjoni Ewropea u jgħin fil-ħolqien ta’ madwar 400,000 impjieg ġdid fl-Unjoni Ewropea.

Fil-laqgħa kienet diskussa wkoll id-disa’ laqgħa ministerjali tal-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li se ssir f’Bali f’Diċembru li ġej kif ukoll kienet preżentata informazzjoni dwar żvillupi li saru fin-negożjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada. 

Preżenti wkoll għall-laqgħa kien hemm il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Karel De Gucht, il-Membru tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurta’ u tal-Kunsill Nazzjonali tal-ekonomija tal-Istati Uniti Mike Froman, Ic-Chairman tal-Kumitat Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Parlament Ewropew Prof. Vital Moreiro u d-direttur ġenerali tal-Organizazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Pascal Lamy.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow