SOĊJETÀ ĠUSTA: BIEX KULĦADD JIMXI ‘L QUDDIEM
Waqt li kienet qed tindirizza konferenza organizzata mill-International Organization for Migration (IOM) bl-isem ta’ Work: A Tool for Inclusion or a Reason for Exclusion? fl-lukanda ewlenija fil-Floriana, il-Ministru l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet dwar prijorità ewlenija tal-Gvern – dik ta’ Soċjetà Ġusta għal kulħadd.
Bit-tema tkun il-migrazzjoni b’rabta max-xogħol, il-Ministru Coleiro Preca enfasizzat fuq il-ħtiega ta’ xogħol dinjituż, inkluż ukoll għall-immigranti.
Dan għaliex xogħol prekarju fost l-immigranti jwassal għal piż fuq il-pajjiż kollu inkluż fuq il-ħaddiema.
Hawnhekk tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern li jiġġieled il-prekarjat f’pajjiżna, għaliex kull persuna, qalet Coleiro Preca, għandha d-dritt għal paga u kundizzjonijiet xierqa.
Il-Gvern huwa kommess li jindirizza d-diskriminazzjoni, l-iktar fost persuni vulnerabbli li jiġu sfruttati fit-tfittxija tagħhom għal impjieg.
Huwa permezz ta’ din il-politika, qalet il-Ministru Coleiro Preca, li nistgħu nassiguraw li dawn il-persuni ma jmissux ma’ xifer il-faqar u b’hekk ma jkunux dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.
Temmet tgħid li l-Gvern huwa determinat li jaħdem id f’id ma’ pajjizi oħra Ewropej u IOM Malta bil-għan li l-ħtiġijiet tal-migranti jkunu indirizzati.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en